Il-Gvern Se Jkun Qed Jagħti Donazzjoni Ta’ €50,000 Lil Puttinu Wara Li L-Mixja Kellha Tiġi Kkanċellata

Ftit minuti ilu, fi stqarrija li ħareġ fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela esprima d-diżappunt tiegħu li minħabba l-maltemp li se jkompli jaħkem fis-sigħat li ġejjin, il-mixja li kienet se tiġi organizzata b’risq Puttinu Cares kellha tiġi kkanċellata.

F’dan l-isfond, il-Prim Ministru ħabbar li l-Gvern Malti se jkun qiegħed jagħti donazzjoni ta’ €50,000 lil Puttinu Cares “sabiex jagħmel tajjeb għal din l-attività”.

Il-Prim Ministru temm l-istqarrija tiegħu jħeġġeġ lill-poplu Malti sabiex ma jonqosx milli għada juri l-ġenerożità tiegħu lil Puttinu Cares fil-maratona ġbir ta’ fondi li se tkun qed isseħħ.







Ritratti:

Facebook / Robert Abela, Puttinu Cares u Mixja L-Ġimgħa L-Kbira 2026

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI