Malta u Għawdex qamu bl-aħbar tal-mewt traġika ta’ Joe Cutajar, suldat li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku lbieraħ filgħaxija waqt li kien qed isuq il-mutur tiegħu.
Joe Cutajar ġie identifikat bħala s-sewwieq tal-muturi li sfortunatament miet wara ħabta li seħħet f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident kien jinvolvi karozza u mutur, bil-konsegwenza li s-sewwieq tal-mutur tilef ħajtu kawża tal-impatt.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, u minnufih fuq il-post issejħu l-awtoritajiet u l-assistenza medika. Minkejja l-isforzi li saru, Cutajar ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
L-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet għadhom għaddejjin sabiex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi eżatti ta’ dan l-inċident traġiku. Aktar dettalji mistennija joħorġu fil-ħin li ġej hekk kif tkompli l-inkjesta.
F’dan il-mument ta’ niket, Gwida tibgħat il-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familja, lill-qraba u kollegi ta’ Joe Cutajar. Strieħ fis-sliem għażiż u sabbar lil dawk l-għeżież tiegħek.