“Il-Gżejjer Maltin Se Jkunu Taħt L-Influwenza Ta’ Sistema Ta’ Maltemp Jew Pressjoni Baxxa” – It-Temp Madwarna

Mil-lum il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu sal-Tlieta 17 ta’ Marzu, il-gżejjer Maltin mistennija jkunu taħt l-influwenza ta’ sistema ta’ maltemp jew pressjoni baxxa, skont aġġornament li ngħata mill-paġna meteoroloġika It-Temp Madwarna.



Fil-messaġġ li tella’ tard ilbieraħ filgħaxija, intqal li din is-sistema se tkun ikkaratterizzata minn valuri barometriċi baxxi, anqas minn 1000hPa. L-aktar perjodu intens ta’ din is-sitwazzjoni tat-temp hu mistenni bejn it-Tnejn 16 u t-Tlieta 17 ta’ Marzu.



Skont it-tbassir, matul dawn il-jiem hemm ċans qawwi li tinżel ix-xita medja kollha tax-xahar ta’ Marzu. Normalment, ix-xita medja għal dan ix-xahar f’Malta tilħaq madwar 45 millimetru.

Minbarra x-xita, huma mistennija wkoll temperaturi aktar kesħin, li jfakkru aktar fl-istaġun tax-xitwa milli fil-bidu tar-rebbiegħa.

Il-paġna It-Temp Madwarna spjegat li aktar aġġornamenti dwar din is-sitwazzjoni tat-temp se jingħataw fil-jiem li ġejjin hekk kif tkompli tiġi osservata l-evoluzzjoni tas-sistema.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI