“Il-Ħadd Tiegħi… Kelli Appuntament Speċjali Ħafna… Biex Immur Niltaqa’ Ma’ Hunter” – Christa Cilia

Fuq il-mezzi soċjali tagħha, Christa Cilia qasmet mas-segwaċi tagħha l-istorja ta’ Hunter, li qed jingħata ċans ġdid.

Kitbet, “Il-Ħadd tiegħi, wara li ssetiljajna l-klieb kollha tagħna, kelli appuntament speċjali ħafna... biex immur niltaqa' ma' Hunter. Meta qrajt l-istorja tagħha, ma stajtx inneħħiha minn moħħi. Wara li s-sid tagħha daħlet tgħix f'dar tal-anzjani, Hunter qattgħet 8 xhur tgħix waħedha fid-dar li kienet taf tul ħajjitha. Nies ta' qalb tajba kienu jmorru jagħtuha x'tiekol u jnaddfulha, iżda l-bqija tal-ħin kienet waħedha.”

Żiedet tgħid, “Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, matul dawk it-8 xhur tilfet ukoll il-ħabiba tagħha, kelba ta' 16-il sena. Fi żmien qasir, Hunter tilfet liż-żewġ kumpanji li kienu jfissru kollox għaliha. Hunter għandha madwar 8 snin u, apparti sinna infettata li trid titneħħa, tinsab f'saħħitha u f'kundizzjoni tajba. Malli ltqajt magħha, kont naf li kienet jistħoqqilha ċans ieħor.”

Kompliet, “Għalissa, jien se nkun il-pont tagħha. Se nagħtiha l-imħabba, il-kura u s-sigurtà li tant għandha bżonn, sakemm issib il-familja t-tajba li tagħtiha d-dar għal dejjem.”

Ritratti:

Facebook / Christa Cilia u Lorane Higgans Ancilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI