“Il-Ħajja Offrietli Esperjenzi Differenti Imma Użajthom Biex Nikber U Nkun Soda” – Rita Brincat F’Għeluq Sninha

Rita Brincat

Illum tagħlaq sninha Rita Brincat (li għad hawn ħafna jirreferu għaliha bħala Rita tal-Conimex). Narawha kemm-il darba tassisti lil żewġha Lorenzo waqt il-maġija kif ukoll żgur li ħafna jafuha mir-riklami li kienet tagħmel permezz tat-teleshopping.

Rita għadha attiva sal-lum fejn apparti fid-dinja tal-ispettaklu, għadna narawha tagħti l-kontribut tagħha f’diversi avvenimenti relatati mal-Breast Cancer Awareness.

Rita kitbet dwar għeluq sninha, “ITTRA LIL ALLA F’JUM TWELIDI. Grazzi Mulej għażiż talli beriktni għal dawn l-aħħar 66 sena. Il-ħajja offrietli esperjenzi differenti imma użajthom biex nikber u nkun aktar soda, mhux biss għalija nnifsi imma wkoll biex ngħin lil ħaddieħor fi żminijiet diffiċli.”

Rita tesprimi gratitudni lejn dawk kollha li bagħtu xewqat sbieħ f’dan il-jum.

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħidu lil Rita, Awguri mill-qalb!







Ritratti:

Facebook/ Rita Brincat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI