Fuq il-medja soċjali d-direttriċi ta’ ROCS Group Rachel Vella qasmet ftit memorji ta’ sena ilu, waqt il-ftuħ uffiċjali tal-MFCC Trade Fair ta’ 2019.
Hi u tirrifletti kitbet: “Kultant għandna bżonn inkunu kuraġġużi biżżejjed biex nibdlu l-ħajja li bnejna… Kemm hi differenti s-sitwazzjoni llum! Il-ħajja tinbidel f’temp ta’ sekonda. Is-sena l-oħra kont qed nippanikja fuq kif se nlaħħaq mal-impenji kollha u llum avvenimenti bħal dawn huma sempliċiment memorja.”
“…Kull ma nistgħu nagħmlu huwa li naċċettaw is-sitwazzjoni kif inhi u nħaddnu l-bidla li llum qed tiġi msejħa ‘Norma Ġdida’.”
Facebook/Rachel Vella