Il-Ħalib Frisk U Lokali Li Jista' Jgħinek Tiġġieled Il-Covid-19 – Kif?

Il-Malta Dairy Products Ltd. li hija parti mill-KPH Group, riċentament introduċiet prodott ġdid taħt il-marka sinonima tagħha tal-Benna. Il-prodott tal-ħalib ġdid probabbli ġa rnexxielkom taraw fil-ħwienet lokali u jekk forsi kont qed tistaqsu eżatt x’inhu. Issa għandna tweġiba għalik!





Dan il-ħalib hu esklussiv fortifikat bil-Vitamina D u ġie miżjud b’mod permanenti mal-firxa wiesa’ ta’ prodotti tal-ħalib frisk li toffri l-Benna bħalissa. Diversi studji juru li l-Vitamina D hija tassew importanti fil-ġlieda kontra l-Coronavirus u b’hekk b’xarba bnina u friska ħa tkun qed iżżid l-immunità tiegħek.



Dan il-ħalib tal-Benna jgħin lill-individwi u l-familji jiżguraw li qed jikkunsmaw biżżejjed Vitamina D fid-dieta tagħhom mingħajr ma jiddependu biss fuq ix-xemx bħala s-sors tagħhom tal-Vitamina D.

X’qed tistennew sabiex tippruvawh?

Facebook / Benna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI