Fuq il-paġna Art By Joanne Falzon wieħed jista’ jsib diversi arti mill-isbaħ li għamlet din l-artista imma waħda li ġibditilna l-attenzjoni tagħna hi l-aħħar biċċa xogħol li tellgħat Joanne. Sabiex trod ħajr lil dawk kollha li taw sehemhom fil-pandemija u kienu fuq il-fruntiera jiġġieldu dan il-virus, Joanne ddeċidiet li tpinġu lill-Professur Gauci.
Din mhux l-ewwel karikatura jew arti li rajna tal-Professur Charmaine, imma probabli din hi l-iktar waħda li tagħti prodominanza lil għajnejn. L-għajnejn tal-Professur Gauci li offrew tama lill-Maltin u l-Għawdxin tul din il-pandemija.
Għal bosta jiem konsekuttivi, il-Professuri Gauci daħlet fid-djar tal-Maltin sabiex taġġornahom dwar l-aħħar żviluppi tal-Covid-19 u minn hemm tista’ tgħid li saret waħda mill-aktar personalitajiet maħbuba.
X’taħseb mit-tpinġija ta’ Joanne Falzon? Joanne fuq il-paġna tagħha kitbet, “disinn diġitali maħdum fuq il-mowbajl tiegħi. Iddedikata lis-super eroj tagħna, il-Professur Charmaine Gauci u lill-ħaddiema kollha għax-xogħol tremend tagħhom.”
Facebook / Charmaine Gauci