It-tenur Malti li żgur m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni f’pajjiżna u fuq din il-paġna, Joseph Calleja, awgura lill-għażiża bintu l-kbira Clara f’jum għeluq sninha permezz ta’ messaġġ ta’ mħabba u ammirazzjoni fuq il-paġna uffiċjali tiegħu.
Hu kitbilha, “Il-ħin ma jieqaf għal ħadd u ma nistax nemmen li l-kbira tiegħi issa għalqet 22 sena! Nawguralek f’għeluq sninek Clara Calleja – x’persuna sabiħa sirt!”
Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti sbieħ t’awgurju speċjali f’jum għeluq sninha.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali u nisperaw li jkollha ġurnata mill-aqwa flimkien mal-familjari u għeżież tagħha. Nawgurawlha għal bosta iktar snin ta’ hena u ferħ!
Facebook / Joseph Calleja