“Il-Jum Dinji Tal-Kanċer! Fis-Sena 2020, Ħajti Nbidlet B’Modi Li Qatt Ma Stennejt” – Omm Jake Vella

Mariska Vella, omm Jake Vella, kitbet dwar l-esperjenza tagħha fil-jum dinji tal-kanċer, biex toffri kuraġġ lil min għaddej minn esperjenzi simili.

Hi kitbet, “Il-jum dinji tal-kanċer! Fis-sena 2020, ħajti nbidlet b’modi li qatt ma stennejt meta qaluli li għandi l-kanċer tas-sider. Il-vjaġġ li kelli kien wieħed twil u ta’ uġigħ kbir. Kelli nieħu l-kimoterapija, nagħmel operazzjonijiet, radiotherapy, u tmintax-il xahar ta’ Herceptin. Ġismi kien għajjien, qalbi kienet muġugħha, u kien hemm jiem fejn kollox ħassejtu wisq.”



Żiedet tgħid, “Kien hemm mumenti mimlijin dmugħ, inċertezza, u mumenti ta’ silenzju fejn staqsejt lili nnifsi kif se nsib is-saħħa li nkompli. Imma b’xi mod, ġurnata wara ġurnata, irnexxieli. Tgħallimt nittama, biex inħares lejn il-pożittiv anke fl-iktar jiem mudlama, u nemmen li dan il-kapitlu diffiċli mhux se jkun it-tmiem tal-istorja tiegħi.”



Hi żiedet tgħid li dan il-vjaġġ huma simbolu ta’ saħħa, reżiljenza u mħabba. Tixtieq li min għaddej mill-istess ħaġa ma jħossux waħdu, u jħoss li hemm xi ħadd li jifhmu. Tfakkar li l-ħajja tista’ terġa’ tinbet.



Ritratti:

Facebook / Mariska Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI