Il-kantanta lokali Priscilla Giordano Psaila qasmet messaġġ ħelu kif taf hi għal żewġha, Antonio Giordano, f’okkażjoni speċjali ħafna għalih – jum għeluq sninu.
Fil-messaġġ tagħha, miktub b’ton romantiku, Priscilla qalet li dak huwa l-jum favorit tagħha għax hu l-jum li fih twieled “l-imħabba ta’ ħajjitha”. Hija awguratlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu, akkumpanjati b’emojis ta’ ferħ u ċelebrazzjoni, li juru kemm ir-relazzjoni tagħhom hija mimlija mħabba u gratitudni.
“Il-jum li twieled l-imħabba ta’ ħajti. Nawguralek f’għeluq sninek,” tikteb Priscilla. Qasmet anke ritratt ħelu immens flimkien ma’ Antonio għall-okkażjoni u l-kelba ċkejkna li tant iġġib ferħ fosthom.
It-tim ta’ Gwida.mt jgħid Awguri mill-qalb lil Antonion f’jum għeluq sninu.
Facebook/ Antonio Giordano