F’dawn l-aħħar snin, dejjem qed jiżdied in-numru ta’ nies li jippreferu jixorbu l-kafè aktar mit-te. Għalkemm it-te għadu jitqies bħala tradizzjoni, speċjalment f’pajjiżi bħall-Ingilterra u ċ-Ċina, il-kafè qed isir dejjem aktar popolari madwar id-dinja. Dan stajna narawh mal-qarrejja tagħna li wieġbu l-mistoqsija tagħna fuq il-mezzi soċjali.
Ħafna nies jagħżlu l-kafè minħabba l-kontenut għoli ta’ kafeina, li jagħtihom spinta fl-enerġija u jżommhom attivi matul il-ġurnata. Barra minn hekk, l-aroma u t-togħma intensa tal-kafè jagħmluha diffiċli biex tiġi sostitwita b’xi ħaġa oħra. Il-kultura tal-kafè wkoll qed tiġi promossa permezz ta’ kafetteriji moderni, fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu u jaħdmu f’ambjent rilassat.
Minkejja dan, it-te għadu popolari, speċjalment għal dawk li jfittxu għażla aktar rilassanti u b’inqas kafeina. Madankollu, il-popolarità tal-kafè għadha qed tiżdied b’mod konsistenti madwar id-dinja.