Ftit tas-snin ilu ħalliet din id-dinja l-preżentattriċi Nirvana Azzopardi fl-età ta’ 40 sena. Dan wara l-ġlieda ta’ sentejn li kellha mal-kanċer tas-sider.
Tmien snin ilu Nirvana kitbet l-aħħar messaġġ tagħha li jgħodd għal kulħadd. Din qalet li l-kanċer m’għandux ħafna vantaġġi imma xorta waħda hemm ftit. Wieħed minn dawn il-vantaġġi huwa li jkollok iċ-ċans biex turi lin-nies kemm tħobbhom u kemm int grat li għandek lilom f’ħajtek.
Nirvana tat il-parir sabiex wieħed ma jistenniex li jimrad sabiex juri l-imħabba lejn ħaddieħor u għandna nuruhom u ngħidulhom kemm inħobbuhom. Ħaġa oħra importanti fil-ħajja skont Nirvana hija l-maħfra. “Darba xi ħadd qalli li jekk iżomm ir-rabja tkun qisek qed iżżomm biċċa faħam li tkun lest biex twaddaba lil xi ħadd. Fil-waqt li tkun int li qed tinħaraq.”
Nirvana kitbet ħafna aktar affarijiet fl-ittra tagħha. Affarijiet li huma kollha relevanti għal kulħadd u li huwa importanti li dawn l-affarijiet nagħtu kashom għal ġid tagħna, kif ukoll ta’ madwarna.