Il-kantawtur żagħżugħ Malti Neil Sant nieda l-kanzunetta l-ġdida tiegħu Puppy Eyes fis-8 ta’ Awwissu, li hi disponibbli fuq il-pjattaformi ewlenin. F’kummenti lil Gwida.mt, Neil qal, “għadni kif ħriġt id-diska tiegħi Puppy Eyes fuq il-pjattaformi ewlenin tal-istreaming. Il-kanzunetta titkellem fuq sitwazzjoni fejn persuna tista’ tidher ħelwa esternament, iżda jkollha karattru manipulattiv moħbi.”
Neil beda jikteb il-materjal oriġinali tiegħu waqt il-lockdown tal-COVID-19 meta kien għad għandu ħdax-il sena, u f’dak iż-żmien ħareġ l-ewwel diska tiegħu ALIEN, li tittratta t-temi tal-bullying u l-esklużjoni. Fl-2021, il-kanzunetta tiegħu Good Things intagħżlet fost l-aqwa għoxrin sottomissjoni fil-MJESC. Minn hemm ’il quddiem, ħareġ ukoll diski bħal Whoops!, li kantah bħala parti minn Songcraft 2023, u “Two Faced”.
Bis-silta Puppy Eyes, Neil Sant ikompli jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala wieħed mill-aktar artisti promettenti fis-sena mużikali lokali.
Facebook / Puppy Eyes