Il-Kantant Daniel Cauchi B’Kanzunetta Umoristika U Ħelwa Għal Għeluq Sninu

Illum il-kantant lokali Daniel Cauchi qed jiċċelebra għeluq sninu. Hu twieled fl-4 ta’ April tal-1986 u b’hekk illum hu għalaq 40 sena.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Daniel l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mill-isbaħ, u sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu aktar saħħa, hena u paċi f’qalbu. Awguri Daniel!

Biex jiċċelebra dan il-jum, hu tella’ filmat tiegħu ikanta kanzunetta qasira u umoristika dwaru nnifssu waqt li hu mdawwar bin-nagħaġ. Araw il-filmat hawn taħt.







Ritratti:

Instagram / @daniel_cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI