Il-Kantant Kurt Calleja Jieħu Puncture Qabel Imur Xogħol Għawdex U Jwasslu Lura Malta John Bundy

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-kantant Kurt Calleja qasam mas-segwaċi tiegħu storja ħelwa li ġratlu meta ħa puncture.

Hu qal, “Kultant qas temmen kif jigru l-affarijiet! Kelli nkanta Għawdex – ġewwa Għajnsielem! Kont ir-Rabat (Malta) u ħriġt bil-karozza mill-garaxx. Wara biss 10 metri sewqan – ħadt puncture!”

Żied jgħid, “Bdejt ngħid – ħa tiġini għolja biex immur għax-xogħol – taxi saċ-Ċirkewwa €25, taxi mill-Imġarr Għawdex sa Għajnsielem €5, taxi minn Għajnsielem lura għal vapur €5 oħra, il-vapur xi €4 u taxi lura r-Rabat (Malta) xi €35 għax wara nofs il-lejl! Għall-kirjanza ċempilt lil kuġinti li toqgħod viċin tiegħi u jaħasra tellatni hi sal-vapur! Fuq il-vapur rajt ħabib tiegħi u tellani hu sa’ Għajnsielem.”

Qal ukoll, “Naturalment peress li kelli puncture, wasalt ftit tard għas-serata imma kienu avżati u allura tlajt, kantajt imbagħad wara li ħadna ftit ritratti – il-preżentatur tas-serata u ikona tax-xandir Malti John Bundy offrieli li jniżżilni hu. Minkejja li ltqajna diversi drabi – qatt ma’ kellna ċ-ċans li ngħidu kelma sew u nsiru nafu lil xulxin aħjar iżda dakinhar – nistennew il-vapur, bejn il-vjaġġ innifsu u t-triq miċ-Ċirkewwa sar-Rabat (Malta) – veru ħadt gost insir nafu aħjar – raġel intelliġenti, b’qalb kbira u veru għandu għal qalbu lil pajjiżna! Dan kollu għax ħadt puncture!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI