Il-Kantant Lokali Dan Iħabbar Li Hu U Martu Vanessa Qed Jistennew Tifla – It-Tieni Wild Wara Binhom Valentino

Aħbar sabiħa mill-qasam lokali tal-mużika hekk kif il-kantant Dan ħabbar li hu u martu Vanessa qed jistennew it-tieni wild tagħhom, u din id-darba se tkun tifla.

Il-koppja qasmet din l-aħbar fuq il-mezzi soċjali, u lbieraħ żvelaw il-ġeneru tat-tarbija, aħbar li ġabet ħafna reazzjonijiet pożittivi minn segwaċi u ħbieb tagħhom. Dan u Vanessa diġà huma ġenituri ta’ binhom Valentino, li issa se jkollu oħtu.



Din il-familja qed tkompli tikber bi mħabba u ferħ, u bla dubju li dan il-mument huwa wieħed speċjali ħafna għalihom. L-aħbar intlaqgħet b’entużjażmu, b’ħafna jibagħtu l-awguri tagħhom lill-koppja għal dan il-pass ġdid f’ħajjithom.



Minn Gwida, ningħaqdu ma’ dawn il-messaġġi u nawguraw lil Dan u lil Vanessa l-isbaħ xewqat f’dan il-vjaġġ sabiħ tal-ġenituri



Ritratti:

Facebook / Daniel Muscat Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI