Il-Kantant Mark Anthony Bartolo B'Kanzunetta Ġdida Dwar L-Importanza Li Ssib Il-Bilanċ Fil-Ħajja – Blinded By The Sun

Il-kantant u kompożitur lokali Mark Anthony Bartolo għadu kemm nieda kanzunetta ġdida “Blinded by the Sun.” Lil Mark Anthony rajnieh fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta fejn wasal sal-Judges’ Houses, kif ukoll darbtejn fil-MESC bil-kanzunetti ‘Tears’ u ‘Serenity.’

“Blinded by the Sun” tirrifletti dwar l-idea li fil-ħajja u l-isfidi li ġġib magħha, insibu bilanċ. Il-lirika tippreżenta riflessjoni ta’ kif wieħed jista’ jgħaddi minn memorji negattivi , kemm jekk minn esperjenzi personali jew minn dawk ta’ ħaddieħor, billi jibqa’ marbut mal-mument preżenti.

F’din il-kanzunetta, Bartolo juża osservazzjonijiet sempliċi iżda profondi dwar il-ħajja ta’ kuljum li spiss tant huma ovvji li ninorawhom. Iżda “Blinded by the Sun” tenfasizza kif dan l-għarfien jista’ jsir għodda biex tegħleb in-negattività u terġa’ ssib is-saħħa ġewwiena.

Nawguraw lil Mark Anthony għat-tnedija ta’ din il-kanzunetta l-ġdida!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI