Il-kantant ikoniku Boy George ser ikun parti mill-Eurovision Song Contest 2026, fejn ser jieħu sehem għall-pajjiż ta’ San Marino flimkien mal-kantanta Senhit bil-kanzunetta “Superstar”. Din il-kollaborazzjoni rebħet il-kompetizzjoni nazzjonali ta’ San Marino u għalhekk it-tnejn li huma ser jirrappreżentaw lill-pajjiż fil-kompetizzjoni Ewropea li se ssir fi Vjenna.
Boy George, li l-isem veru tiegħu huwa George Alan O’Dowd, huwa wieħed mill-aktar artisti magħrufa fil-mużika pop internazzjonali. Huwa sar famuż fis-snin tmenin bħala l-kantant prinċipali tal-grupp Culture Club, li kiseb suċċess kbir madwar id-dinja b’kanzunetti bħal “Karma Chameleon”, li saret waħda mill-ikbar hits ta’ dik il-perjodu.
Lil Senhit rajniha tipparteċipa darbtejn fil-Eurovision Song Contest bl-aktar parteċipazzjoni riċenti tkun ta’ kolaborazzjoni ma’ Flo Rida fl-2021.