Il-Kantanta Giorgia Borg Ser Tħabbar Aħbar Kbira! Tgħid Ser Tirrapreżenta Lil Malta?

Jidher li l-kantanta li saħħret lil kulħadd bil-vuċi stupenda tagħha fi Britain’s Got Talent, tant li ingħatat il-Golden buzzer ser nisimgħu ħafna biha dan ix-xahar!

Giorgia hija kantanta bravissima li għamlet unur kbir lil Malta. Illum għadna kemm ħarġet kanzunetta li ssorprendiet lil kulħadd fil-programm ta’ BGT. Flimkien mal-għalliema bravissima Gillian, Giorgia rnexxielha tagħmilha għal Sanremo Junior kif ukoll is-sena l-oħra fi Britain’s Got Talent.





Fl-1 ta’ lulju kitbet ukoll li dalwaqt ser tkun qed tiżvela aħbar sabiħa u kbira. “Spoiler Alert, f’ġimgħa jew ġimagħtejn xi ħaġa aktar brillanti ser toħroġ, aktar dettalji daqt,” tikteb Giorgia. 

Tgħid Giorgia ser tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision ta’ din is-sena? Jidher li dan il-festival grandjuż għat-tfal ser issir xorta taħt forma differenti. Jista’ jagħti l-każ li forsi ħa tiffirma xi kuntratt mill-aqwa ‘l barra minn xtutna?

Aħna nawguraw minn qalbna lil Giorgia Borg. Nistennew u naraw x’għandha lest għalina Giorgia Borg. Awguri u proset tal-kanzunetta 10. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI