Wara ftit jiem ta’ stennija mhux ħażin, fl-aħħar nistgħu ngħidu li l-kanzunetta li se jkunu qed jikkompeti fil-15 u 17 ta’ Jannar jinsabu lkoll fuq il-pjattaformi diġitali. Fost l-aktar popolari minn dawn il-pjattaformi nsibu Spotify u YouTube.
18-il kanzunetta qed jikkompetu biex jiġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku Malti u wkoll il-poplu Ewropew, sabiex jirbħu d-dritt li jirrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir fi Vjenna, f’Mejju li ġej. Kompetizzjoni li tidher li se tkun waħda missielta mmens.
Din is-sena wieħed isib xelta ta’ stili li qed jipprovaw jimpressjonaw lill-pubbliku inġenerali u wkoll jaspiraw li jimpressjonaw lill-ġurija dakinhar tas-serati tas-selezzjoni lokali. Minbarra x-xelta ta’ stili, din is-sena qed naraw ukoll diversi kanzunetti li esperimentaw bl-użu tal-lingwa.
Insibu kanzunetti li għandhom titlu b’lingwa barranija, kanzunetta b’titli bil-Malti u oħrajn b’titli bl-Ingliż. Fis-selezzjoni hemm żewġ kanzunetti li huma mill-bidu sal-aħħar bil-lingwa Maltija filwaqt li numru pjuttost konsiderevoli jħalltu l-Malti u l-Ingliż flimkien. Ma jistax jonqos li hemm kanzunetti li huma kollha bl-Ingliż.
Għandkom xi favorit jew favorita?
Lorella Castillo – Facebook / Eurovision Song Malta