L-eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella ċċelebra għeluq is-76 sena tiegħu b’messaġġ qasir iżda sinifikanti fuq il-mezzi soċjali. Fuq il-paġna tiegħu, Vella rrifletta fuq il-vjaġġ ta’ ħajtu s’issa u ħares ’il quddiem lejn kapitlu ġdid. “Il-kapitlu tas-76 sena ngħalaq. Issa nibdew il-kapitlu li jmiss,” kiteb.
Fil-messaġġ tiegħu, huwa esprima wkoll il-gratitudni tiegħu lejn dawk li kienu miegħu matul is-snin. “Grazzi lil Mulej, lil familja, lil ħbieb, u lil dawk kollha li mxew dan il-vjaġġ miegħi. Grazzi,” kompla jgħid. Il-messaġġ ġabar diversi kummenti ta’ awguri mingħand ħbieb, kollegi u segwaċi, li awgurawlu saħħa u aktar snin ta’ suċċess.
Karmenu Vella huwa magħruf sew fil-politika Maltija, fejn serva f’diversi karigi ministerjali matul il-karriera tiegħu, qabel ma nħatar Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd bejn l-2014 u l-2019.
Minn naħa tagħna, nawgurawlu għeluq snin mill-isbaħ u aktar snin mimlijin saħħa u ferħ.
Facebook / Karmenu Vella