Il-Kappillan Ta’ Raħal Ġdid Jikkonferma Li L-Kafetterija Se Tkun Biss Parti Żgħira Minn Spazju Mhux Użat

F’intervista ma’ Times of Malta, il-kappillan ta’ Raħal Ġdid Fr. Marc Andre Camilleri kkonferma u assigura lill-pubbliku li l-kafetterija se tkun biss parti żgħira minn spazju mhux użat fil-kampnar u l-portiku. L-iskop ta’ din il-kafetterija huwa li jġib aktar dħul għall-knisja.

Il-Kurja ċċarat li ż-żona hija maħsuba biss biex tintuża bħala kafetterija u aktar tard il-permess ġie emendat għal permess tal-Klassi 4C, li ma jippermettix it-tisjir fil-post.

Camilleri qal li l-istakeholders kollha involuti issa qed jiddiskutu l-aħjar mod biex jimxu ‘l quddiem bl-applikazzjoni.

Hu qal ukoll li jittama li s-sitwazzjoni tal-parroċċa ta’ Raħal Ġdid isservi biex tenfasizza l-isfidi li jiffaċċjaw ħafna oħrajn madwar Malta li għalihom għandha titqies ukoll l-għajnuna.

Knisja.mt







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI