Il-Karattru Ta' Vinny Twieled minn Esperjenza Personali Ta' Sander! – Jitħabbar Proġett Kbir Għal Vinny!

Fuq il-paġna tad-Danusan ta’ spiss naraw il-karattru ta’ Vinny, raġel li għandu difett dak li ma tantx jara imma inzerta prużuntuż iżejjed. Fi blog post li kitbu d-Duo, Sander jiżvela li Vinny beda minn esperjenza vera li kellu. 

Dan beda wara li ltaqa’ ma’ parker partikolari li inzerta ma tantx jara u li dawwru ma’ kull rokna ta’ parkeġġ bi prużunzjoni liema bħala. Dan l-istess parker uża frażijiet bħal, “Żgur hawn parking hi!!” u l-frażi popolari, “Mela ħsibtni ma narax!”. 





Issa li d-Danusan kellhom iħassru żewġ shows minħabba l-pandemija, jidher li dawn it-tnejn qed jaħsbu f’alternattiva biex iwasslu t-tbissima tagħhom lin-nies. Jidher li Vinny għal Jum San Valentinu ser ikun qed jidher ġo film sħiħ, bih protagonist! L-istorja ser tkun fuq Vinny jfittex xogħol filwaqt li jiltaqa’ ma’ tfajla gustuża. Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar dan il-proġett agħfas HAWN.

Ħerqanin biex naraw dan il-film kif ser jiżvolġi! 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI