Illum 3 ta’ Mejju, il-Karkariżi qed jiċċelebraw il-festa tas-Salib Imqaddes, jew inkella magħrufa ukoll bħala l-festa ta’ Santa Kruċ.
Paġna Maltija fuq il-midja soċjali spjegat minn fejn toriġina din il-festa. Hi kitbet: “Il-festa ta’ Santu Kruċ, għalkemm illum mhix daqstant magħrufa fil-gżejjer Maltin daqs festi oħrajn, qabel, kienet waħda mill-avvenimenti reliġjużi l-aktar solenni ta’ matul is-sena. Sa żmien ilu kien hawn uffiċjalment żewġ festi fil-Knisja Kattolika li jonoraw is-Salib. Waħda minn dawn kienet iċċelebrata fit-3 ta’ Mejju biex tonora is-Sejba tas-Salib – it-tieni kienet iċċelebrata fl-14 ta’ Settembru u kienet tfakkar l-’Eżaltazzjoni tas-Salib’, jiġifieri, meta l-Imperatur Kostantinu, iben ta’ Sant’Elena bena fuq il-Golgota bażilika biex fiha jkunu meqjuma l-fdalijiet tas-Salib Imqaddes. Dan it-tieni avveniment kien ta’ importanza kbira daqs l-ewwel wieħed għax stabbilixxa tanġibbilment li s-salib hu simbolu spiritwali qawwi fit-twemmin Nisrani”.