Il-Każijiet Attivi Jinżlu Taħt Il-500 B'78 Każ Ieħor Ta' Fejqan!

Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna tal-Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Saħħa, Malta rreġistrat 23 każ ġdid tal-Covid-19 wara li saru 2,211 swab fl-aħħar 24 siegħa. L-aħbar sabiħa hi li fiequ 78 persuna. B’hekk s’issa irkupraw total ta’ 2,562 u l-għadd ta’ każijiet attivi niżel għal 462.

Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 3,058 każ u twettqu 253,983 test. Sinjal tajjeb li l-każijiet attivi komplew neżlin. Ovvjament importanti li wieħed jibqa’ jimxi mal-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-Saħħa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI