Il-Każijiet Tal-Covid-19 F'Pajjiżna Jkomplu Neżlin

Minn kważi elf test li sar lbieraħ, ma rriżulta ebda test pożittiv. Anzi, il-paġna ta’ Saħħa ħabbret li wieħed mill-każijiet attivi li kellna f’pajjiżna issa fieq u b’hekk il-każijiet attivi f’pajjiżna niżlu għal erbgħa.





Illum kien is-sitt jum konsekuttiv li pajjiżna ma ra l-ebda każi. Nittamaw li nibqgħu għaddejjin b’dan ir-ritmu. Illum infetaħ l-ajruport għal numru ta’ pajjiżi. Fl-ewwel ħmistax mill-ftuħ tal-ajruport ma rajniex żieda ta’ każijiet, dan jawgura tajjeb għall-pass illi jmiss.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI