F’intervista mas-Sunday Times of Malta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne żvela li n-numru tal-każijiet tal-Covid-19 f’Malta x’aktarx se jiżdied “b’mod sinifikanti” hekk kif il-Ħarifa tinbidel għax-Xitwa.
“Mhux se tkun faċli,” qal il-Ministru dwar ix-xhur li ġejjin. “Jekk xejn, in-numri huma mistennija li jiżdiedu u jiżdiedu b’mod sinifikanti.” Malta bħalissa qed tirrapporta ftit inqas minn 2,000 każ attiv tal-Covid-19. Apparti minn dan, 75 pazjent tilfu ħajjithom kawża tal-virus.
Fearne qal lis-Sunday Times of Malta li hu u l-Prim Ministru Robert Abela huma“fl-istess tim, ” wara li Abela eskluda diskussjoni dwar lockdown totali aktar kmieni din il-ġimgħa.
“Il-pandemija ilha magħna għal tmien xhur. U x’aktarx tkun magħna għal ftit oħra, minn tal-inqas. Mhux se tkun faċli. Jekk xejn, in-numri huma mistennija li jiżdiedu u jiżdiedu b’mod sinifikanti. Allura, jekk nidħlu f’lockdown issa u mbagħad noħorġu minn lockdown, ngħidu aħna, f’Diċembru, nkunu qed noħorġu minn lockdown meta n-numri jkunu għadhom għoljin.”
Facebook/Chris Fearne