Il-paġna tat-temp ‘The Weather Page Malta’ ħabbru t-temp li għandna nistennew għal għada l-Ħadd 19 ta’ Settembru.
Skont ‘The Weather Page Malta’, aktar sħana għadha trid tolqot lil pajjiżna. Dan għaliex it-temperatura ta’ għada għandha tinħass iktar sħuna madwar il-Gżejjer Maltin. It-temperatura għandha tinħass sħuna daqs madwar 39°C waqt li arja sħuna u umda ġejja mit-Tramuntana tal-Afrika se tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.
Intom lesti għal aktar sħana?