“Il-Kbir Tagħna Llum Jagħlaq Żmienu. Qed Taħarbilna Adam! 12-il Sena Diġà!” – Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea

Malcolm Paul Agius Galea

Bla dubju li din id-data tibqa’ waħda mmarkata f’qalb u f’moħħ is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius. Dan hekk kif sar missier, il-jum meta twieled ibnu Adam.

Kitiblu messaġġ biex jesprimi kemm hu grat li għandu lilu f’ħajtu.

“Il-kbir tagħna llum jagħlaq żmienu. Qed taħarbilna Adam! 12-il sena diġà! Qed titqarqaċ kultant imma qed tiżviluppa f’ġuvni sabiħ. Ħutek, il-Mamà u jien inħobbuk ħafna għażiż tagħna!”

Apparti minn hekk qasam ritratt tiegħu flimkien ma’ ibnu Adam. Kienu bosta li bagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom għal Adam fil-kummenti taħt ir-ritratt.

Awguri Adam!







Ritratti:

Facebook/ Malcolm Paul Agius Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI