"Il-Kelb Li Nstab Ġo Kaxxa Adottajtu Jien… Se Jkollu Ħajja Ta' Re Miegħi" – Ġie Adottat Minn Elaine Grixti

Ftit jiem ilu ħabbarna li dan il-kelb tar-ritratt t’hawn taħt, instab minn persuna li bħalissa għaddeja b’vaganza f’Malta. Jidher li din il-persuna ddeċidiet li tieħu lil dan il-kelb fl-Ingilterra biex b’hekk ikollu dar ġdida u lil min iħobbu, imma għalissa hemm bżonn li l-kelb jibqa’ Malta għal sitt ġimgħat.

Jidher li f’Malta kien hawn persuna li għażlet li żżommu għal dejjem magħha, u ċerta li ħa tkun qed toffrilu ħajja komda u li jixraqlu. Elaine Grixti tkellmet magħna u qaltilna aktar dwar din id-deċiżjoni. “Il-kelb li nstab ġo kaxxa adottajtu jien għamilt kuntatt ma’ żewġ nisa li sabuh ġew id-dar u tkellimna u se jibqa’ jgħix miegħi għal dejjem jafu se jkollu ħajja ta’ re miegħi semmejtu Yan.” 



df





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI