Ta’ madwar sena u nofs, Mirabelle bħalissa tinsab f’fostering u lesta biex tibda kapitlu ġdid fil-ħajja tagħha ma’ xi ħadd li lest jagħtiha l-imħabba u s-sigurtà li jistħoqqilha.
Mirabelle diġà hija vaċċinata, microchipped, imnaddfa mill-briegħed u mid-dudu hija wkoll imħarrġa biex tagħmel il-bżonnijiet tagħha fil-post it-tajjeb, fatturi li jagħmluha aktar faċli biex tidħol f’dar ġdida.
Dak li verament jispikka fiha huwa l-karattru tagħha. Mirabelle hija ħelwa, soċjali u mimlija enerġija, u tmur tajjeb ħafna ma’ klieb oħra, qtates u tfal. Hija kelba li tħobb il-kumpanija u għalhekk tkun ideali f’dar fejn hemm annimali oħra biex ikollha ma’ min taqsam il-ġranet tagħha.
Mirabelle hija kelba li kapaċi timla dar b’ferħ, logħob u mħabba bla kundizzjoni: kelba leali li qed tistenna biss ċans.
📣 Jekk jogħġobkom aqsmu din l-istorja biex tgħinu lil Mirabelle ssib id-dar tagħha għal dejjem.
Facebook/ Maxine Borg