“Il-Kliem Sbieħ U L-Appoġġ Tagħkom Huma Apprezzati Ħafna! Missieri Kien Raġel Eċċezzjonali U Qed Niskopru Aktar Kemm Kien Maħbub.” – Fleur Balzan

Fleur flimkien ma' missierha

L-awtriċi u preżentatriċi lokali Fleur Balzan, xi jiem ilu ħabbret il-mewt tal-għażiż missierha fuq il-mezzi soċjali.

Kienu jiem diffiċli, iżda Fleur grata lejn l-appoġġ li hi u l-familjari tagħha rċevew. Hi tirringrazzja lil dawk kollha li attendew għall-aħħar tislima, kif ukoll dawk li kkomunikaw magħhom biex juru s-simpatija.

“Il-kliem sbieħ u l-appoġġ tagħkom huma apprezzati ħafna! Missieri kien raġel eċċezzjonali u qed niskopru aktar kemm kien maħbub u ammirat permezz ta’ stejjer li nkomplu nisimgħu mingħand dawk li kienu jafuh!”

Minn qalbna nagħmlu kuraġġ lil Fleur u l-familjari kollha. Insellmu l-memorja ta’ missierha mill-ġdid.







Ritratti:

Facebook / Fleur Balzan

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI