Il-Knisja f’Malta għadha kif ħarġet stqarrija fejn kompliet tappella biex ilkoll nosservaw b’attenzjoni d-direttivi dwar il-prevenzjoni tal-COVID-19 għall-ħarsien tas-saħħa tagħna u tal-oħrajn.
Stqarret li dan jgħodd ukoll għall-Quddies fil-knejjes. Iżda għamlet aċċenn ukoll fuq il-festi fejn fakkret li għal din is-sena qed torganizza l-festa fil-parroċċi u fi knejjes oħra b’quddiesa u pellegrinaġġ biss.
Semmiet li attivitajiet oħra, bħalma huma l-marċi, mhumiex responsabbiltà tal-Knisja imma tal-entità li torganizzahom u tal-awtorità ċivili li tawtorizzahom.

Ritratt: Facebook/ Mill-Festi Tradizzjonali
Dan b’referenza għall-marċi fejn fakkret li hija r-responsabbiltà tal-każini tal-banda u tal-Pulizija.
Ritratt: Facebook/ Mill-Festi Tradizzjonali