“Il-Komunità Qormija Kollha Tinsab Maħsuda Bl-Aħbar Tiegħek, Robert” – L-MP Roderick Galdes

Il-Membru Parlamentari Roderick Galdes, b’qalb sewda sellem il-memorja ta’ Robert, ħabib tiegħu minn Ħal-Qormi.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu hu kitiblu, “Il-komunità Qormija kollha tinsab maħsuda bl-aħbar tiegħek, Robert. Strieħ fis-sliem. Kondoljanzi sinċieri lill-familja u lill-qraba kollha f’dan il-mument diffiċli.”



Dan il-messaġġ irċieva ammont kbir ta’ kummenti joffru l-kondoljanzi tagħhom lill-familjari u ħbieb tiegħu. Dawn il-kummenti kollha kienu mingħand persuni li b’xi mod jew ieħor, Robert missilhom qalbhom.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt inżommu lil Robert u kif ukoll il-familjari u ħbieb tiegħu fit-talb tagħna. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja fi qlubna għal dejjem.



Ritratti:

Facebook / Roderick Galdes

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI