“Bħal sajjetta fil-bnazzi ħallejtna JoJo,“ hekk kitbet il-paġna popolari Social Channel Malta li ħabbret il-mewt ta’ Jojo lbieraħ filgħaxija. Il-komunità Beltija tilfet wieħed minn uliedha u ħafna nħasdu bil-mewta bikrija tiegħu.
Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball ukoll esprimiet id-dieqa għal din it-telfa, huma fuq il-paġna tagħhom għaddew il-kondoljanzi lill-familja Borg.
Il-kunsillier Belti Mark Spiteri Lucas kiteb, “strieħ fis-sliem ħabib…Kondoljanzi lil Censu l-iswed u l-familja kollha ta’ Jojo.
Filwaqt li l-MEP Roberta Metsola qasmet karikatura tassew ħelwa ta’ Jojo u magħha kitbet strieħ fis-sliem Jojo.
Kif wieħed jista’ jara, Jojo kien karattru maħbub minn ħafna u t-telfa tiegħu żgur li ħa tinħass. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u lill-ħbieb tiegħu.
Facebook / Belt Valletta