Il-KSU Qed Terġa’ Tiftaħ Il-Kamra tal-Kalma Bħala Parti Mill-Kampanja Tal-Għarfien Dwar L-Awtiżmu

Il-Kunsill Studenti Universitarji qed terġa’ tiftaħ il-Kamra tal-Kalma (Calm Room) bħala parti mill-Kampanja tal-Għarfien dwar l-Awtiżmu. Dan ħabbruh f’post fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom.

“Wara sajf mimli xogħlijiet ta’ rinovazzjoni ta’ din iż-żona u biex issir iktar aċċessibbli skont it-talba tal-istudenti, il-KSU qed terġa’ tiftaħ il-Calm Room. Dan l-ispazju tnieda fl-2019 bħala parti mill-Kampanja tal-KSU għall-Għarfien tal-Awtiżmu u kien appoġġjat mill-Fondazzjoni Marigold.”

Biex tuża l-Kamra Kalma wieħed irid sempliċement jagħfas il-buttuna fuq l-intercom, li huwa konness direttament mal-uffiċċju tal-KSU, u jitħalla jidħol immedjatament!,” huma ħabbru





Facebook/Kunsill Studenti Universitarji 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI