“Il-Kunsill Tal-Lingwa Tas-Sinjali Maltija Ċċelebra L-10 Snin Minn Meta Din Il-Lingwa Ġiet Uffiċjali” – Oliver Scicluna

Oliver Scicluna ġie mogħti rikonoxximent ilbieraħ hekk kif ġie ċċelebrat l-10 snin minn meta l-lingwa tas-sinjali Maltija ġiet uffiċjali. F’post fuq Facebook, hu tkellem dwar dan.

“Ilbieraħ attendejt serata fejn il-Kunsill tal-lingwa tas-Sinjali Maltija ċċelebra l-10 snin minn meta din il-lingwa ġiet uffiċjali u anke nħoloq il-Kunsill permezz ta’ liġi,” hu kiteb. “Kont wieħed mil-10 persuni/ entita jew għaqda li ingħatajt rikonoxximent għall-ħidma tiegħi magħtul is-snin biex nixprunaw il-lingwa tas-Sinjali Maltija u nsaħħu l-aċċess għal komunita Deaf.”

“Ngħożż dan ir-rikonoxximent iżda napprezza ferm iżjed dak li rajt lil din il-komunità tagħmel.

Bħala persuni Deaf ħadmu fis-sħieħ mal-interpreti u nies oħra b’mod tant iffukkat lejn l-għanijiet tagħhom li f’għaxar snin ikkonvinċew lil Gvern biex;

1) L-Interpreti jkunu ħaddiema tal-Aġenzija Sapport u hekk ġara għax inħoloq dak is-servizz.

2) Tgħaddi l-Liġi tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija mil-Parlament.

3) Jitwaqqaf il-Kunsill u kompliet tiżviluppa l-lingwa.

4) L-Interpreti jisaħħu bil-liġi biex issa għandhom warrant tal-professjoni

5) u fadal….”

“Kieku kull grupp attivist u professjonijiet jaħdmu bħala allejati lejn għan wieħed kif għamlet din il-komunità, kieku jinħoloq iżjed ġid u suċċess.”







Ritratti:

Facebook / Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI