Il-Leġġenda Tal-Futbol Pelè Jiddaħħal L-Isptar

Il-leġġenda Brażiljan tal-futbol Pelè, li għandu 80 sena u li rebaħ tliet World Cups, iddaħħal ġewwa l-isptar f’Sao Paolo fil-Brażil minħabba problemi ta’ saħħa li sabulu wara li għamel xi testijiet.

Ftit tal-ħin ilu tefa’ post fuq il-paġna tiegħu fejn irringrazzja lil kull min bagħtlu xi messaġġ u spjega li kellu jagħmel operazzjoni sabiex ineħħi tumur li nstab li kellu fit-testijiet li għamel il-ġimgħa li għaddiet.





F’dawn l-aħħar snin, Pelè kemm-il darba daħal l-isptar għal xi raġuni jew oħra u huwa magħruf li għandu diversi problemi ta’ saħħa.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI