Il-paġna Is-Servizz Pubbliku ħabbret dwar il-leave għal dawk il-ġenituri li jkunu ġarrbu telfa ta’ minuri.
“Il-leave għall-ġenituri, f’każ ta’ telf ta’ minuri, issa ġie miżjud għal sebat ijiem, fejn qabel il-ġenitur kien intitolat għal jum jew jumejn.”
Dan l-imsemmi leave jitħallas mill-gvern stess, u jitħallas abbażi l-ammont ta’ sigħat li jkun qed jaħdem dak li jkun.
Tista’ ċċempel lid-DIER fuq 1575 (jekk inti impjegat) għal aktar informazzjoni. Tista’ anke ċċempel fuq 1576 (jekk inti timpjega lin-nies) jew tibgħat email fuq info.dier@gov.mt