Il-personalità Maltija ċajtier u tant maħbub minn kulħadd Jamie Cardona ħabbar li se jkun il-preżentatur ta’ programm televisiv ġdid ispirat mil-logħba popolari ‘Paniku’.
Hu spjega fuq il-paġna uffiċjali ta’ Paniku, “Tippanikkjax! Il-logħba tant popolari paniku issa ssir programm televisiv… u tista’ trebbħek ammont ta’ flus kuljum fuq TVM. Kemm ħa jirnexxielek taħtaf minn dak l-ammont ta’ €30,000. Ismek, kunjomok u n-numru tal-mobile, ibgħatilna fuq il-mezzi soċjali tagħna. Narakom!”
Żiedu jgħidu li jistgħu japplikaw dawk kollha li għandhom 16 -il sena u fuqhom. Lesti biex tippruvaw xortikom fuq dan il-programm eċitanti biċ-ċans li tirbhu sa €30,000? Kull ma tridu tagħmlu huwa li tibgħatu l-informazzjoni tagħkom permezz ta’ messaġġ lill-paġna ta’ Paniku.
View this post on Instagram
Instagram / @paniku.mt