Il-Maġġor Parti Tal-Każijiet Tal-Covid-19 F'Malta u Għawdex Huma Anzjani Ta' 80 Sena U Aktar

Ir-rata ta’ infezzjoni tal-Covid-19 fost in-nies ta’ 80 sena u aktar f’Malta hija ogħla mill-gruppi ta’ età iżgħar f’stħarriġ riċenti.

Ir-rata ta’ dawn l-anzjani kienet ta’ 235.1 għal kull 100,000 persuna fuq medda 14-il jum, skont kif turi l-aħħar dejta tal-UE. It-tieni l-ogħla rata, li hi ta’ 157.4, kienet f’dawk li għandhom bejn il-25 u d-49 sena.

B’kuntrast mal-popolazzjoni anzjana, l-aħħar statistiċi juru li filwaqt li r-rata ta’ infezzjoni fost dawk ta’ bejn il-25 u d-49 sena laħqet il-quċċata b’435.3 għal kull 100,000 (matul nofs Lulju), fl-aħħar jiem jidher li qed tonqos.

Is-sit Times of Malta tkellem mal-Ministeru tas-Saħħa fejn qal: “Fil-preżent, l-etajiet ta’ dawk li qed jirċievu kura fl-Isptar Mater Dei jvarjaw bejn 32 u 99 sena.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI