“Il-Maltemp Ma Waqqafx Il-Ġenerożità. Aktar Minn 30 Donatur Taw Id-Demm Illum” – Is-Sindku Gabriel Micallef

Is-sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef ħabbar permezz ta’ messaġġ u ritratt fuq il-mezzi soċjali tiegħu, li hu mar jagħti d-demm, u ħeġġeġ lil ħaddieħor biex jagħmel l-istess.

Hu spjega, “Il-maltemp ma waqqafx il-ġenerożità. Aktar minn 30 donatur taw id-demm illum. Kburi li kont wieħed minnhom. Att żgħir li jagħti sodisfazzjon kbir u li jista’ jsalva l-ħajja. Grazzi lil kulħadd!”



Tassew hu ġest nobbli li tiddedika xi ftit ħin mill-ġurnata tiegħek, anke f’temp ikrah, biex tmur tagħti d-demm, u għalhekk nirringrazzjaw lil kull min għamel dan il-ġest sabiħ illum. Huwa bla dubju l-isbaħ rigal li tista’ tagħti, għaliex tkun qed tagħti r-rigal tal-ħajja u tama lil min ikun għaddej minn żminijiet diffiċli.





Ritratti:

Facebook / Gabriel Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI