Christabelle Zammit, magħrufa aħjar bħala Belle minn BELLE Live Shows, tinsab irrabjata dwar il-miżura li issa rridu nilbsu maskra il-ħin kollu.
“Minħabba ċertu nies irresponsabli iktar ħa nissakkar ġewwa jien personali (m’inix xi waħda li noħroġ) għax jien il-maskra taqtali nifsi u ġġeninni u kont nużaha għall-bżonn biss u ovvja fejn kien obbligat!” kitbet Belle fuq il-paġna tagħha.
“Issa jien bħalissa għandi allerġija ħa toqtolni kif noħroġ il-bieb ta’ barra. In-nifs tal-arja nkun irrid nieħu mhux nifsi stess minn ġol-maskra! Ninsab vera rrabjata għax l-gvern missu żied l-enforcement, il-multi u l-iċċekkjar il-hin kollu!”
“U ħaġa oħra hawn ħafna nies lanqas bidluha l-maskra mill-bidu tal pandemija! Jew il-maskra tkun taħt imneħirhom! Jiddispjaċini ma naqbel xejn mal-miżuri tal-bieraħ,” spiċċat hi.
Int taqbel ma dak li qed tgħid Belle jew għandek xi opinjoni oħra? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/BELLE Live Shows