Il-Maypole 5K Family Fun Walk & Run Terġa’ Lura Għat-Tieni Edizzjoni Fir-Rabat

Avveniment sportiv u ta’ solidarjetà qed jerġa’ jġib flimkien familji, atleti u dilettanti tal-mixi, hekk kif qed titħabbar it-tieni edizzjoni tal-Maypole 5K Family Fun Walk & Run – Rabat, organizzata mill-Maypole b’kollaborazzjoni ma’ St Patrick’s Athletics Club.



L-attività se ssir fit-8 ta’ Frar, fl-inħawi sbieħ ta’ Għar Barka, quddiem il-ħanut tal-Maypole fir-Rabat. It-tellieqa tal-5K se tibda fis-7:30, filwaqt li l-Family Fun Walk se tibda fit-8:30.



Dan l-avveniment mhux biss jinkoraġġixxi stil ta’ ħajja aktar attiv, iżda għandu wkoll għan soċjali qawwi. Il-parteċipazzjoni tiswa €12, jew inkella €20 għal min jixtieq jibbukkja minn kmieni u jinkludi wkoll il-Maypole 5K Family Fun Walk & Run li se ssir f’Marsaskala fis-17 ta’ Mejju 2026. Id-dħul kollu se jmur b’sostenn għal Richmond Foundation, li taħdem b’mod kontinwu favur is-saħħa mentali fil-komunità Maltija.



Il-fondi miġbura se jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u inizjattivi essenzjali li jqajmu kuxjenza u jipprovdu appoġġ lil dawk li qed jaffaċċjaw sfidi relatati mas-saħħa mentali.

L-attività hija miftuħa għal kulħadd – kemm runners b’esperjenza kif ukoll familji u ħbieb li jixtiequ sempliċement igawdu mixja f’ambjent sabiħ u pożittiv. Bħala rikonoxximent tal-parteċipazzjoni, se jingħataw midalji lil dawk kollha li jieħdu sehem, filwaqt li se jingħataw trofej lir-rebbieħa tal-5K Run.

Il-premjijiet ġenerali tat-tellieqa tal-5K jinkludu:

  • l-ewwel post – irġiel u nisa
  • it-tieni post – irġiel u nisa
  • it-tielet post – irġiel u nisa

“Pass, pass għall-saħħitna” mhijiex biss frażi, iżda messaġġ ċar li jgħaqqad l-isport mas-solidarjetà, u jħeġġeġ lill-komunità tiċċaqlaq u fl-istess ħin tagħmel differenza reali fil-ħajja ta’ ħafna.

Wieħed jista’ jaqta’ l-biljetti minn hawn: https://www.maypole.com.mt/product/maypole-5k/

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI