"Il-Mewta Ta' Missieri Ġegħelni Nagħti Sapport L-Ewtanasja" – Daniel Micallef

Intervista li ġiet ppublikata fuq il-gazzetta ‘Times of Malta’ kien hemm intervista tal-ġurnalista Kristina Abela lid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Daniel Micallef. Daniel qal li meta kien żgħir kellu konverżazzjoni ma’ ħabib tiegħu li semmgħu jgħid, ‘Aħjar Alla jieħdu’ fuq missieru. Din ixxukjatu u minn dakinhar beda jistmerr lil dan il-ħabib. “Dak iż-żmien ma stajtx inniżilha” jgħid Daniel. 

Imma meta missieru kien qiegħed fuq is-sodda tal-mewt wara li kien qed ibati minn kundizzjoni terminali, reġa’ ħaseb f’din il-konverżażżjoni.”Qatt m’għedt dawk il-kliem, imma li nara it-tbattija li kien qed iħoss. Daniel jistqarr li jekk ikun għaddej minn sitwazzjon simili jixitieq li jkollu għażla fuq il-ħajja tiegħu. Bħalissa Malta hu llegalli li twettaq l-ewtanasja u s-suwiċidju b’mod assistit huwa att kriminali li tista’ teħel sa’ 12-il sena ħabs. Daniel qal li l-aħħar mumenti tal-pazzjent m’għandhom ikunu f’idejn it-tobba. Daniel jemmen li dan is-suġġett għandu bżonn diskussjoni serja fejn iż-żewġ naħat jiġu preżentati.

Il-mewta ta’ missier Daniel li seħħet 10 snin ilu ġiet kwotata fid-diskors tal-Prim Ministru li sar il-Ħadd li għadda. Int x’taħseb fuq dan is-suġġett?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI