Matul iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Ħ’Attard ta’ din is-sena, ingħata ġieħ speċjali lill-mibki Wayne Minton bħala rikonoxximent tal-kontribut siewi u bla waqfien tiegħu lejn il-komunità.
Dan il-mument kien wieħed emozzjonali bla dubju, fejn onoraw il-ħidma tiegħu. Wayne żgur li kien magħruf għall-ispirtu volontarju tiegħu u d-dedikazzjoni kbira li dejjem wera fir-raħal.
Din in-nomina prestiġjuża saret mill-Kumitat tas-Soċjetà, li rrikonoxxa l-impenn kontinwu tiegħu, u anke kienet issekondata wkoll mill-club tal-futbol lokali, li wkoll apprezza l-appoġġ u l-involviment tiegħu matul is-snin.
“Grazzi talli ngħata dan ir-rikonoxximent! Ibqa ħarisna minn hemm fuq Wayne, strieħ fis-sliem,” jiktbu SocMuz La Stella Levantina.
Facebook/ SocMuz La Stella Levantina