Il-Milied Bla Pantomimi Huwa “Diżgrazzja Oħra Tal-Pandemija” – Alan Montanaro

Sfortunatament, il-Milied ta’ din is-sena se jkun nieqes minn element importanti – il-pantomimi. Dan se jċaħħad lill-udjenzi, speċjalment lit-tfal, milli jħossu l-maġija li jġorr miegħu iż-żmien tal-Milied.





L-attur u kittieb tal-pantomini Alan Montanaro qal li huwa qalbu maqsuma u li “din se tkun diżgrazzja oħra tal-pandemija, u ħasra akbar għax hija introduzzjoni valida għat-teatru għal ħafna tfal żgħar, li jinġibdu lejn il-maġija u l-isplendur tiegħu”.

Il-kanċellazzjoni hija “parti żgħira oħra li t-tfal żgħar qed jiġu mċaħħda minnha din is-sena”.



Montanaro qal li t-telfa tal-pantomimi se jkollha impatt dirett fuq proġetti kulturali oħra minħabba li huma kruċjali biex jimmobilizzaw l-udjenzi u jippermettu produzzjonijiet oħra.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI