“Il-Milied Ġie U Mar… Inkun Qiegħed Nigdeb Jekk Ngħid Li Dawn L-Aħħar Jiem Kienu Faċli” – Missier Il-Mibki Noah

Simon Mizzi, missier il-mibki Noah li ħalla din id-dinja traġikament ftit xhur ilu, stqarr li f’għajnejh il-Milied din is-sena ħa tifsira ġdida hekk kif dawn il-jiem għalih xejn ma kienu faċli u kienu ddominati minn dispjaċir li ma jistax igawdi lil ibnu l-għażiż.

Il-missier isemmi li fi żmien bħal dan fejn in-nuqqas ta’ ibnu jinħass iżjed minn qatt qabel irnexxielu jsib wens fil-ħafna ritratti li għandu ta’ ibnu li lkoll jirrakkontaw storja differenti u juru li minkejja li ħajjet ibnu kienet qasira, madankollu kienet mimlija.

“Għamilt tlett ijiem indoqq il-pjanu u nħossu hemm fejni jrid jaqbad miegħi u jtellifni b’dik id-daħka mċarta f’ħalqu kif kien jagħmel,” jistqarr Simon b’sogħba.



Kuraġġ lil Simon u lil martu Joanna f’dan iż-żmien diffiċli!





Ritratti:

Facebook / Simon Mizzi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI