F’dawn iż-żminijiet ta’ festi, huwa naturali li jiġu f’moħħna tant persuni għeżież għalina li ħallew din id-dinja. Bla dubju li nkunu nixtiequ li għadna ħa ngawdu dawn il-jiem magħhom.
Vanessa Gatt kitbet messaġġ għażiż lil bintha Emily, li ħames snin ilu ħalliet din id-dinja. “Il-Milied it-Tajjeb lilek u lill-anġli sbieħ kollha bħalek binti l-għażiża. Ma nieqaf qatt nimmissjak u nħobbok.”
Tiddeskrivi lil Emily bħala ġojjell, u tgħidilha kemm għamlet differenza bil-preżenza tagħha f’ħajjitha. Qasmet ritratt memorabbli tagħha.
Insellmu l-memorja taċ-ċkejkna Emily.
Facebook/ Vanessa Gatt